Lokali

Raġel ta’ 38 sena fil-periklu tal-mewt wara inċident bil-mutur

Raġel Bulgaru ta’ 38 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident bil-mutur. L-inċident seħħ ibieraħ filgħaxija għall-ħabta tat-tmien neqsin kwart fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, iż-Żejtun.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija rriżulta li seħħ inċident bejn mutur Honda 600 Hornet, misjuq minn raġel Bulgaru ta’ 38 sena, u Mitsubishi L200, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti iż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret inkjesta filwaqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.