Elezzjoni 2022 Lokali

Robert Abela ma jridx ipoġġi mal-ġurnalisti għal mistoqsijiet dwar id-deal ma’ Christian Borg

Għaldarboħra, fost ħafna drabi, Robert Abela reġa’ ħarab il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar l-involviment tiegħu ma’ Christian Borg – allegat kriminal b’akkużi serjissimi fuq rasu.

Mistieden b’mod dirett mill-ġurnalist Ivan Martin mit-Times of Malta sabiex ipoġġi miegħu għal interevista propju dwar in-negozju li għamel ma’ Christian Borg, Abela deher skomdu ferm u wieġeb sempliċiment li hu kien qal dak li kellu jgħid dwar dan id-deal.

Abela kellu għadd ta’ mistoqsjiet dwar dan id-deal minn ġurnalisti indipendenti, fejn fost l-oħrajn kien mitlub jagħti spjega dwar ir-rwol tiegħu bħala middeleman f’biċċa negozju miżgħuda dellijiet suwed – negozju li Abela għamel ma’ allegat kriminal, klijent legali tiegħu, u li Abela għamlu meta kien konsulent tal-Awtorità tal-Ippjanar u għamlu fl-istess ġurnata li l-istess Awtorità ħarġet permess ta’ żvilupp lil Borg fuq l-istess propjetà.

Imma Abela qalleb fost il-karti li ppreparawlu bit-tweġibiet u baqa’ ma wieġeb assolutament xejn.

Abela jibqa’ jaħrab.