Lokali Unjoni Ewropea

Roberta Metsola tappella biex fir-Russja jkun hemm il-libertà tal-espressjoni

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola appellat lill-Awtoritajiet Russi biex iħallu d-dimostrazzjonijiet ta’ kontra l-gwerra isiru, mingħajr mad-dimostranti jkunu arrestati.

Dan qalitu fil-Parlament Ewropew ta’ Strasburgu hekk kif fl-aħħar sigħat komplew l-attakki fuq l-Ukrajna bin-numru tal- vittmi ċivili kull ma jmur qed jiżdiedu.

Il-President Metsola qalet: “L-għadab tagħna jikber ma’ kull sparatura, kif ukoll li aħna se nibqgħu nuru s-solidarjetà tal-poplu tagħna”.

Roberta Metsola qalet li fl-4 ta’ Marzu l-Gvern ta’ Putin ikkriminalizza lil dawk li jipprotestaw u lil dawk li jaġġornaw l-aħbarjiet dwar il-gwerra fl-Ukrajna, bid-dimostranti jaf jiffaċċjaw sa ħmistax-il sena ħabs, b’eluf diġà jinsabu l-ħabs anki minn qabel saret din il-liġi.

Għalhekk Metsola appellat mill-ġdid biex fir-Russja jkun hemm il-libertà tal-espressjoni.