Internazzjonali

Round ieħor ta’ diplomazija bejn ir-Russja u l-Ukrajna

Waqt il-laqgħa bejn id-delegati Russi u Ukreni, s-suġġett tal-ġurnata kien rigward il-possibilita li dawn iż-żewġ naħat jaslu għall-kompromess u jieqaf il-ġlied li bħalissa għaddej fl-Ukrajna.

Waqt din il-laqgħa l-President tar-Russja Vladimir Putin bagħat messaġġ mad-delegati Russi li hu lest li jinnegozja għall-paċi, jekk it-talbiet tiegħu jiġu milqugħin kemm mill-Ukrajna, kif ukoll mill-pajjiżi tal-Punent.

It-talbiet ta’ Vladimir Putin kienu biex:

  • L-Ukrajna żżarma l-armata stabbilita tagħha
  • L-Ukrajna tbiddel il-Kostituzzjoni tagħha u ssir stat newtrali b’mod permanenti
  • L-Ukrajna tirrikonoxxi lill-Krimea bħala stat Russu
  • L-Ukrajna tirrikonoxxi lill-Luhansk u d-Donetsk bħala repubbliki indipendenti

Dawn it-talbiet inqraw mill-President tal-Amministrazzjoni Russa Dmitry Peskov, li stqarr li r-Russja lesta twaqqaf il-gwerra u tordna lit-truppi Russia lura lejn pajjiżhom, fil-mument li l-Gvern Ukren jċedi għal dawn id-domandi.

Minkejja t-talbiet tal-Peskov, jidher li l-Gvern Ukren mhuwiex se jaċċtta l-ebda waħda minn dawn it-talbiet. Dan minħabba l-fatt li l-armata Ukrena għada qiegħda żżomm b’saħħitha kontra l-armata Russa, l-armata Russa qiegħda kontinwament titlef ammont sostanzjali ta’ truppi u tagħmir militari, kif ukoll li aktar kmieni l-armata Ukrena ħadet lura l-villaġġ ta’ Chuchuiv u ajruport, filwaqt li nqattlu żewġ kmandanti.