Ambjent Elezzjoni 2022 Lokali

ŻVOLTA ĠDIDA: Robert Abela joħroġ kontra l-proposta tal-PN għall-ħarsien tal-ODZ

“Ma taħdimx”.

Kien dan il-kliem li uża Robert Abela mir-Rialto f’Bormla, meta l-ġurnalisti saqsewh dwar il-pjan ċar tal-PN li mhux biss iħares iz-zoni ODZ preżenti, iżda jfassal pjan biex jiżdiedu l-ispazji miftuħa f’pajjiżna – spazji li jkunu totalment barra miz-zona tal-iżvilupp.

Filwaqt li l-pjan tal-PN (espress ċar fil-Programm Elettorali) kiseb it-tifħir u l-appoġġ ta’ diversi ambjentalisti u għaqdiet varji, Robert Abela qed juri bla tlaqliq li għalih l-ambjent mhux prijorità. Agħar minn hekk, qed jgħid li l-pjan biex jitħarsu z-zoni ODZ “ma jaħdimx”. Dan mingħajr ma spjega għaliex din il-viżjoni ma taħdimx.