Filwaqt li l-gwerra fl-Ukrajna kompliet tintensifika u l-imwiet fuq iż-żewġ naħat komplew jiżdiedu, l-armata Ukrena llbierah rat xaqq ta’ dawl u sens ta’ normalita, hekk kif żewġ suldati Ukreni, Lesya u Valery iżżewġu fuq il-fruntiera Russa.
Il-koppja li tagħmel parti mill-‘112th brigade’ għad-difiża tat-teritorju Ukren iżżewġet f’ħakka t’għajn, bl-għarusa temporanjament tpartat il-ħelmit militari għall-velu tat-tieġ.

Waqt it-tieġ, l-kumplament tar-reġiment tal-koppja ngħaqad magħhom biex jifirħilhom għaż-żwieġ tagħhom. Dan filwaqt li wara t-tieġ l-għarusa stqarret li qatt ma’ kienet timmaġina li l-libsa tat-tieġ kienet se tkun l-uniformi tal-armata.