Il-Leader Laburista Robert Abela nqabad li l-Partit tiegħu mhux ippreparat, minkejja li għaddew aktar minn ġimgħatejn minn meta hu stess ħabbar id-data tal-elezzjoni ġenerali.
Waqt attività politika oħra – din id-darba f’Marsaxlokk – Abela ammetta li ħażżeż xi ftit wegħdiet qabel ma mar jindirizza lin-nies … minflok ma mar b’wegħdiet ċari u studjati.
Matul l-attività, il-Leader Laburista spiċċa jammetti wkoll li l-greylisting li daħħalna fih il-Gvern Laburista żiedet il-burokrazija … li minnha qed ibatu ħafna negozji u haddiema.
Min-naħa l-oħra, hu ddikjara li fi żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista – qabel l-2013 – isem pajjiżna qatt ma kien qrib kwalunkwe forma ta’ greylist. U kien evidenti li beda jberraq sew meta l-Labour tela’ fil-Gvern.
Sadanittant, minkejja li kien għad fadal biss ftit sigħat biex ikun iċċelebrat Jum il-Mara….u minkejja li l-Leader Laburista semma’ lil diversi nisa li jinsabu f’karigi għoljin….hu naqas ghal kollox milli jaghti gieh lil Roberta Metsola li, aktar kmieni din is-sena, bdiet isservi bħala l-President tal-Parlament Ewropew.
Min-naħa l-oħra, hu ftaħar li ħafna mill-Kandidati tal-Labour huma ‘tried and tested’. U dan meta madwaru, hu għandu Kandidati bħal Rosianne Cutajar u Edward Zammit Lewis – fost oħrajn – li kienu mċanfra diversi drabi minn istituzzjonijiet għoljin f’pajjiżna għall-għemil taghhom u ghan-nuqqas ta’ etika jew standards fil-politika.
//= $special ?>