Lokali

Abela jammetti li l-gwerra fl-Ukrajna qed tikkawża problema fl-importazzjoni ta’ LPG f’pajjiżna

Pajjiżna qed iħabbat wiċċu ma’ problema ta’ nuqqas ta’ import ta’ gass fil-pajjiż kawża tal-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna.

Dan f’ammissjoni ta’ Robert Abela stess meta mistoqsi mill-ġurnalisti t-Tlieta waranofsinhar fejn spjega li kien infurmat li hemm provvista ta’ gass li diġà preżentament huwa diffiċli sabiex jiġi ‘sourced‘.

Huwa saħaq li kien infurmat mill-importaturi u ddeskriviha bħala parti “mir-realtajiet li jġibu magħhom dawn it-tensjonijiet.”

Il-gass tal-LPG jinbiegħ f’Malta fit-tankijiet sofor u ħodor u jintużaw l-aktar għal attivitajiet domestiċi bħat-tisjir kif ukoll fi żmien ix-Xitwa għal heaters.