Is-seed numru tlieta Alexander Zverev jista’ jeħel sa tmien ġimgħat sospensjoni jekk jirrepeti l-għaġir tiegħu li wassal biex kien mkeċċi mill-Open tal-Messiku. Fi Frar Zverev ingħata multa ta’ £31,000 wara li ta diversi daqqiet mas-siġġu tal-umpire fil-partita tiegħu tad-double f’Acapulco.
Il-Ġermaniż ta’ 24 sena jkun projbit tmien ġimgħat jekk ikollu inċident ieħor simili fi żmien tnax-il xahar. Fl-2019, Nick Krygios kien ingħata sospensjoni ta’ 16-il ġimgħa wara li għajjar lill-umpire u kisser żewġ rackets.
//= $special ?>