Elezzjoni 2022 Lokali Saħħa

Bernard Grech f’laqgħa mal-MUMN

F’laqgħa li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu mal-MUMN. Laqgħa li fiha kienu diskussi d-diffikultajiet li qed jaffaċċja s-settur tas-saħħa …inkluz in-nuqqas ta’ ħaddiema.

Il-Kap tal-PN sema’ wkoll, mgħand l-MUMN kif dak li wiegħed il-Partit Laburista fir-rigward tad-deal tal-bejgħ tal-isptarijiet, spiċċa biex kien kliem sabiħ għalxejn. Dan għaliex il-frontliners kienu mwiegħda faċilitajiet aħjar fi żmien sentejn… u li iżda ma ssarfu f’xejn.

Minn naħa l-oħra, il-wegħda tal-PN hija ċara. Bi Gvern immexxi minn Bernard Grech, id-deal tal-isptarijiet jieqaf u jirritornaw lura għand il-poplu, filwaqt li fejn tidħol il-kura tas-saħħa mentali – li wkoll kienet tema li ġiet diskussa mal-MUMN – il-PN jibni sptar ġdid u jassigura kura adekwata.

Matul din il-laqgħa Bernard Grech saħaq fuq l-importanza li jkun hemm pagi aħjar għall-frontliners kollha u tenna l-wegħda tiegħu li Gvern ġdid tal-PN, iwaqqaf it-tberbieq li sar sinonimu miegħu l-Gvern Labarusita… u minflok il-flus imorru fil-bwiet tal-frontliners.

Waqt din il-laqgħa, Bernard Grech kien akkumpanjat mill-Kelliem għas-Saħħa Stephen Spiteri u mill-kandidata Josephine Xuereb.