Meta l-kampanja elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu kompliet tintensifika, il-Kap tal-PN Bernard Grech, akkumpanjat minn AnneMarie Grech, sabu l-ħin biex iżuru wirja artistika fi Spazju Kreattiv il-Belt Valletta.
LE.IVA hija inizjattiva ta’ Spazju Kreattiv, li tiġbor fiha sensiela ta’ xogħlijiet – li ħafna minnhom huma kreazzjonijiet ġodda tal-artist Austin Camilleri – bit-tema ‘Anger is a Lazy Form of Grief’.
It-titlu tal-wirja huwa saħansitra tweġiba għax-xewqa tal-artist li jiddubita l-opposti u jintegrahom. Din il-wirja hija marbuta mal-inġustizzja u d-diffikultà li tiddefinixxi x’inhu tajjeb jew ħażin.
Fl-immaġini, Austin Camilleri jindirizza kwistjonijiet ta’ migrazzjoni u kolonjaliżmu fost l-oħrajn. U jispikkaw, statwa tal-għawwiem Neil Agius, l-użu tal-passaporti u t-teatru Rjal.
Bernard Grech minn dejjem saħaq fuq l-importanza tal-arti u l-kultura f’pajjiżna. Xhieda ta’ dan huwa l-viżjoni li l-PN għandu għal dan is-settur li toħroġ biċ-ċar fil-programm elettorali.
LE.IVA/Anger is a Lazy Form of Grief’ hija inizjattiva ta’ Spazju Kreattiv.
//= $special ?>