Lokali

Għaqdiet għall-ħarsien tal-annimali jitolbu għal iktar protezzjoni favur l-annimali

L-għaqdiet RAR, AAA, MSPCA, Island Sanctuary, Noah’s Ark u Gozo SPCA qed juru t-tħassib tagħhom dwar is-sitwazzjoni tal-ħarsien tal-annimali f'Malta

Numru ta’ għaqdiet għall-ħarsien tal-annimali qed jitolbu biex l-annimali jingħataw iktar spazju għall-protezzjoni wara li fl-aħħar xhur komplew jidiedu l-każijiet ta’ abbuż, negliġenza u abbandun.

Manifest Elettorali tal-PN – Drittijiet tal-Annimali

120. Wara konsultazzjoni wiesgħa, titwettaq riforma sħiħa fid-Dipartiment tal-Animal Welfare bil-għan li jiżdiedu
r-riżorsi, it-taħriġ kif ukoll jitjieb l-apparat ta’ protezzjoni għall-ħaddiema inkluż l-użu ta’ body cams għal uffiċjali li jwettqu spezzjonijiet

Fost it-talbiet li saru kienu li d-Direttorat tal-Benesseri tal-Annimali jingħata iktar finanzi u tagħmir biex ikun jista’ jopera bl-aħjar mod fejn tidħol l-infurzar tal-liġi. Din it-talba hi parti mill-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista fis-sezzjoni għad-Drittijiet tal-Annimali (120), proposta li twiegħed riforma sħiħ fid-Dipartiment tal-Animal Welfare.

Manifest Elettorali tal-PN – Drittijiet tal-Annimali

119. Niżviluppaw u nwettqu programm komprensiv għal titjib fid-drittijiet tal-annimali li jkun mibni fuq tolleranza
zero għall-moħqrija, l-abbandun jew l-isfruttar kummerċjali tal-annimali f’pajjiżna.

Rikonoxximent ieħor li sar mill-għaqdiet kien li l-annimali mhumiex sempliċiment oġġett li wieħed jista’ jagħmel li jrid bihom, iżda huma ħlejjaq li jħossu bħall-bnedmin. Kien għalhekk li talbu biex il-partiti politiċi jirrikonoxxu l-importanza tal-ħarsien tal-annimali biex ma nerġgħux nisimgħu b’każijiet ta’ moħqrija bħalma smajna fl-aħħar xhur u snin. Dwar dan, kien il-Partit Nazzjonalista nnifsu li, fis-sezzjoni għad-Drittijiet tal-Annimali (119) bħala parti mill-manifest elettorali, ippropona li Gvern immexxi minn Bernard Grech jassigura li jkun hemm programm komprensiv għat-titjib fid-drittijiet tal-annimali.