Wara kważi ġimgħatejn tal-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Hanball ingħaqdet mal-maġġoranza tal-assoċjazzjonijiet sportivi u projbixxit players Russi u Belarussi milli jilgħabu f’kampjonati tagħhom.
Dan wara li ġimgħa ilu l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali irrakomanda lill-federazzjonijiet sabiex ma jħallux atleti Russi u Belarussi jipparteċipaw f’avvenimenti sportivi.
Fl-istqarrija tagħha l-IHF ipprojbixxiet timijiet, players, uffiċjali, referees, lecturers u esperti milli jieħdu sehem fi kwalunkwe attivita’ organizzata minnha.
Dan ifisser li r-Russja mhux se titħalla tikkompeti fl-IHF Women’s Junior 2022 kif ukoll fil-Youth Championships fis-Slovenja. Ir-Russja mhux se tikkompeti wkoll fl-IHF Mens’ Beach Handball World Championships li se jsiru fil-Greċja.
//= $special ?>