Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukajna: Sergei Lavrov f’taħditiet mal-Vatikan

L-aħħar rapporti qalu li r-Russja qed iżżid l-isforzi diplomatiċi biex ‘tiġġustifika’ il-gwerra fl-Ukrajna — u meta f’dawn is-sigħat spikkaw taħditiet bejn il-Vatikan u l-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov.

Mifhum li Lavrov spjega l-pożizzjoni tar-Russja fil-konfront tal-Ukrajna waqt li esprima tamiet għal rawnd ġdid ta’ taħditiet għall-paċi bejn Moska u l-Gvern Ukren. Lavrov qal ukoll li r-Russja ‘tinsab interessata f’li tidentifika l-problemi ewlenin relatati mal-kriżi tal-Ukrajna bil-għan li jieqaf il-ġlied’.

Il-Vatikan ma kkummentax dwar il-kuntatt ma’ Lavrov u wara lil-Papa Franġisku, jiem ilu, kien sostna li l-gwerra fl-Ukrajna qed tirriżulta biss ‘fl-imwiet, qerda u miżerja’.