Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Il-President taċ-Ċina jesprimi ‘l-inkwiet tiegħu’

Il-President taċ-Ċina, Xi Jinping, fisser is-sitwazzjoni fl-Ukrajna bħala inkwetanti filwaqt li ħeġġeġ ‘biex in-naħat kollha involuti fil-gwerra jżommu lura mill-azzjonijiet li jolqtu direttament lin-nies innoċenti’.

Xi Jinping ikkummenta b’dan il-mod waqt taħdita ‘virtwali’ mal-President Franċiż Emmanuel Macron u l-Kanċillier tal-Ġermanja Olaf Scholz.

Il-Mexxej Ċiniż enfasizza l-importanza li s-sitwazzjoni fl-Ukrajna ma tispiċċax ‘inkontrollabbli’ filwaqt li sostna li ċ-Ċina, Franza u l-Ġermanja għandhom ‘jappoġġjaw flimkien l-inizjattivi lejn taħditiet għall-paċi konkreta bejn ir-Russja u l-Ukrajna.’

Iċ-Ċina u r-Russja għandhom relazzjoni diplomatika soda u l-Gvern komunista f’Beijing baqa’ ma kkundannax l-azzjoni militari ta’ Moska kontra l-Ukrajna. Madankollu, iċ-Ċina astjeniet minn vot ta’ kundanna għar-Russja ( b’konnessjoni mal-gwerra) li ttieħed jiem ilu fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.