Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Ir-Russi qed ‘jisfugaw id-disprament maċ-ċivili’

Is-Segretarju tar-Renju Unit għad-Difiża, Ben Wallace, sostna li l-Armati tal-President Russu, Vladimir Putin, qed isiru dejjem aktar iddisprati wara li l-invażjoni tal-Ukrajna rriżultat daqshekk problematika għalihom.

Huwa fatt li s-suldati ta’ Putin mhumiex qed jagħmlu l-progress, bil-maġġoranza tal-ibliet ewlenin tal-Ukreni – inkluża Kiev – għadhom qed jirreżistuhom b’qawwa kbira.

Għaldaqstant — għal Wallace u mexxejja oħra tal-Punent — kollox qed jindika li Moska deċidiet li twettaq azzjonijiet ‘terroristiċi’ fuq il-poplu Ukren. Dan fost l-attakki kontinwi fuq ir-residenzi taċ-ċivili bl-iskop li ‘jeqirdu l-moral’ tad-difensuri kif ukoll tal-Gvern immexxi mill-President Ukren, Volodymyr Zelensky.