Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: L-ittra ‘Z’ tar-Russja saret simbolika daqs is-Swastika tan-Nażi

CRIMEA, RUSSIA - FEBRUARY 24, 2022: An armoured vehicle moves across the town of Armyansk, northern Crimea. Early on February 24, President Putin announced a special military operation to be conducted by the Russian Armed Forces in response to appeals for help from the leaders of the Donetsk and Lugansk People's Republics. Sergei Malgavko/TASS (Photo by Sergei MalgavkoTASS via Getty Images)

Xi sezzjonijiet tal-media fir-Russja qalu li l-ittra ‘Z’ li qed tidher bi prominenza fuq it-tankijiet u l-vetturi tal-gwerra tal-qawwiet Russi fl-Ukrajna qegħda hemm biex tiddistingwihom mit-tankijiet u vetturi tal-Armata tal-Ukrajna li huma simili bħala daqs u disinn.

Fl-istess ħin, kelliema għall-Armata Russa qalu li l-ittra nżebgħet mal-ġnub tat-tankijiet u karrijiet armati tagħha biex jevitaw li l-qawwiet ta’ Moska jisparaw fuq xulxin minħabba identità żbaljata.

Iżda aktar ma jidħlu xeni dwar il-brutalità u l-istraġi tal-gwerra — u fejn il-qawwiet ta’ Vladimir Putin qed jikkonċentraw l-offensiva fuq ċivili Ukreni — l-ittra ‘Z’ saret simbolu ewlieni tal-konflitt fuq l-istess livell tas-Swastika li ntużat mill-qawwiet Ġermaniżi tad-dittatur Nażista Adolf Hitler waqt it-Tieni Gwerra Dinjija.

Fl-istess ħin, l-ittra ‘Z’ qed tkun rikonoxxuta bħala simbolu ta’ propaganda fir-Russja, fejn ħafna sezzjonijiet tal-Gvern u l-poplu qed jippromwovu l-invażjoni tal-Ukrajna mill-Armata tal-Kremlin.