Skont l-aħħar statistika tan-Nazzjonijiet Uniti, mietu ‘il fuq minn 1,250 ċivili Ukreni mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna, fl-24 ta’ Frar.
Madankollu, Liz Throssell, bħala l-kelliema għall-UNHCR ( il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti) qalet li hemm probabbiltà kbira li nqatlu ferm aktar ċivili milli qed turi l-istatistika.
In-Nazzjonijiet Uniti qed issostni li l-mijiet kbar tal-maqtula u midruba f’din il-gwerra huma l-kaġun tal-attakki mill-ajru u l-isparar tal-balal lejn il-bini residenzjali fl-ibliet tal-Ukrajna.
Intant, in-NU hi mħassba wkoll dwar l-arrest arbitrarju tal-Ukreni li qed jappoġġjaw lill-Gvern ta’ Kiev u li jinsabu fiz-zoni tal-Ukrajna li waqgħu taħt il-kontroll tar-Russi. Hu minnu, fl-istess ħin, li qed ibatu l-vjolenza wkoll dawk l-Ukreni kunsidrati bħala ‘favur ir-Russja’u li huma residenti fit-territorji tal-Ukrajna kontrollati mill-Gvern ta’ Volodymyr Zelensky.
//= $special ?>

