Il-Gvern tal-President Russu Vladimir Putin kapaċi jagħlaq il-pipeline tal-gass ewlieni lejn il-Ġermanja f’każ li l-Punent jipprojbixxi l-importazzjoni taż-żejt mir-Russja.
Il-Viċi-Prim Ministru Russu Alexander Novak sostna li ‘sitwazzjoni fejn il-pajjiżi tal-Punent jiċħdu għaż-żejt mir-Russja għandha twassal għal konsegwenzi katastrofiċi għas-suq globali’ – u meta hu possibbli li l-prezz taż-żejt jaqbeż għal aktar minn $300 għal kull barmil.
L-Istati Uniti u l-alleati tal-Punent kienu qed jikkunsidraw projbizzjoni potenzjali għaż-żejt mir-Russja bħala ‘piena oħra’ għall-Gvern u l-poplu ta’ Putin wara l-invażjoni brutali tal-Ukrajna. Iżda mifhum li l-Ġermanja u l-Olanda t-tnejn ċaħdu għal dan il-pjan partikulari.
Dan meta l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jimportaw mal-40 fil-mija tal-gass u 30 fil-mija taż-żejt tagħhom mir-Russja – bl-UE ma għandha l-ebda sostituti ‘faċli’ f’każ li Moska tiddeċiedi biex tagħlaq il-provvista.
//= $special ?>