Ekonomija Elezzjoni 2022 Lokali

Il-Labour jibqa’ jaqra mill-karti u jitkellem biss dwar il-Programm Elettorali tal-PN

Jagħmlu press conference biex jitkellmu biss dwar il-Partit Nazzjonalista

Dalgħodu, Silvio Schembri qatta’ kważi siegħa sħiħa jaqra mill-karti li preparawlu tal-klikka ta’ Abela. Sempliċiment biex jattakka b’mod negattiv lill-Partit Nazzjonalista.

Schembri qatta’ konferenza tal-aħbarijiet sħiħa jitkellem fuq il-Programm Elettorali tal-PN, propju għaliex il-Labour għadu mingħajr Manifest.

Waqt din il-konferenza tal-aħbarijiet, Silvio Schembri irrefera għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma – iżda ħeba l-fatt li Gvern Laburista mhu se jagħti ebda refund għas-serq li seħħ mill-kontijiet tad-dawl fl-aħħar 8 snin. Dan kien serq ta’ miljuni mill-bwiet tal-familji, kif konfermat mill-Awditur Ġenerali.