Il-Partit Laburista qed juri biċ-ċar li għandu politika tal-bieraħ li ma waslitna mkien. Politika li waslitna biss biex pajjiżna jitpoġġa fuq il-lista l-griża. F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fid-Dar Ċentrali tal-PN, il-Kandidat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal li hija evidenti l-arroganza li għandu Partit Laburista fil-Gvern li għadu sa issa ma ppreżenta ebda pjan lil dan il-pajjiz.
Għall-kuntrarju ta’ dan kollu, Gvern ġdid Nazzjonalista se jara li l-corpoate tax tinżel minn 35% għal 25%. Dan filwaqt li fl-10 pilastri ekonomiċi li qed jipproponi għal pajjiżna, il-Partit Nazzjonalista inkluda wkoll l-kunċett tal-ESG – Environment Social Governance. Kumpaniji konformi mal-ESG, jkolhom it-taxxa tagħhom li tinżel għal 15%.
Ivan J. Bartolo spjega kif biex kumpanija tkun konformi biex tibbenifika mill-inċentivi tal-ESG, il-proċess huwa sempliċi permezz ta’ KPIs (Key Performace Indicators) bħal li tssepara l-iskart, tgħati aċċess lill-persuni b’diżabiltà, tħallas it-taxxa fil-ħin, etc. Dawk il-kumpaniji li jiġu konformi mal-KPIs sempliċi tal-ESG terġa’ tinżlilhom it-taxxa minn 25% sa 15%. Kumpaniji mhux konformi mal-ESG, xorta se jibbenefikaw minn tnaqqas tat-taxxa minn 35% għal 25%.
Min-naħa tiegħu l-Kandidat Jerome Caruana Cilia qal li l-Parti Nazzjonalista matul il-ħames snin li ġejjin, mhux se jżid il-bolla, il-VAT jew it-taxxa fuq id-dħul. Għalhekk toħroġ distinzjoni ċara bejn dak li qed jipproponi l-PN u dak li qed jipproponi l-PL. Filfatt, fil-programm elettorali, il-PN jiddikjara b’mod ċar li jikkommetti, “nintrabtu li r-rati tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, tul il-leġiżlatura kollha ma jiżdiedux.”
Il-PN qed jipproponi li jinħoloq fond sabiex ikun assigurat li għall-futur il-pensjonijiet ikunu mibnija fuq struttura sotenibbli. Apparti dan se jkun hemm pakkett shih ghall-pensonijiet biex ikunu indirizzati diversi ingustizzjni li saru matul is-snin. Gvern ġdid Nazzjonalsita se jħaddem mekkaniżmu biex jiżdiedu l-pensjonijiet sabiex l-pensjonanti jgħixu ħajja aħjar u iktar komda. Se jkun żgurat ukoll li r-romol jibqgħu ikunu intitolati għall-pensjoni sħiħa.
//= $special ?>