Futbol Sport

Illum ikunu magħrufa l-ewwel timijiet fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League

Fl-ewwel partiti tat-tieni leg tar-round tal-aħħar sittax tal-UEFA Champions League, Liverpool u Bayern Munich huma l-favoriti li jagħmluha għall-kwartifinali.

Liverpool se jidħlu għal din il-partita f’Anfield b’vantaġġ ta’ żewġ gowls, fejn se tkun diffiċli ferm għal Inter biex idawwru r-riżultat fil-fortizza ta’ Liverpool.

Min-naħa l-oħra Bayern Munich u FC Salzburg temmew l-ewwel leg fi draw ta’ 1-1, għalkemm is-saħħa ta’ Bayern Munich tagħmilhom favoriti li jgħaddu għar-round li jmiss.

Intant fil-partiti ta’ għada, PSG se jkunu qed iħarsu li jiksbu rebħa barra minn darhom għand Real Madrid wara r-rebħa li kisbu ta’ 1-0. Filwaqt li Real Madrid kellhom suċċess fl-aħħar snin f’din il-kompetizzjoni, PSG se jistrieħu fuq it-trio ta’ quddiem Lionel Messi, Neymar u Kylian Mbappe biex javvanzaw u saħansitra jirbħu din il-kompetizzjoni.

Min-naħa l-oħra Man City jinsabu prattikament fil-fażi li jmiss wara r-rebħa ta’ 5-0 fl-ewwel leg, b’Pep Guardiola jaspira li dan l-istaġun jirbaħ għall-ewwel darba l-UEFA Champions League ma’ Man City.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Illum: B.Munich v FC Salzburg 9.00pm, Liverpool v Inter 9.00pm Għada: Man City v Sporting 9.00pm, Real Madrid v PSG 9.00pm