Fl–aħħar ħin tilef ħajtu Donald Felice, wieħed mill-fundaturi tal-Kulleġġ Malti tal-Ostettrija u l-Ġinekoloġija kif ukoll eks kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Il-Kulleġġ tal-Ostettrija f’post fuq Facebook iddeskriva lil Felice bħala wieħed mill-pilastri tad-Dipartiment tal-Ostettrija u l-Ġinekoloġija kif ukoll pijunier fl-użu tal-ultrasounda tal-istess dipartiment.
Felice, oriġinarjmanet mill-Belt, kien ikun spiss il-Balluta.
Fost dawk li sellmu lil Donald Felice kien hemm għadd ta’ uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista li wasslu l-kondoljanzi lill-familja u l-qraba tiegħu.
//= $special ?>