Lokali

Imut sewwieq li kien qed iwassal l-ikel wara li spiċċa taħt vettura fiż-Żejtun

Inqas minn tliet ġimgħat ilu kien miet ħaddiem ieħor li kien qed iwassal l-ikel wara li nqaleb trakk mimli ħadid fi Triq Aldo Moro

Bulgaru ta’ 38 sena tilef ħajtu wara li lbieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur tiegħu fi Triq il-President Anton Buttiġieġ, iż-Żejtun għall-ħabta tat-7:45pm.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur misjuq mir-raġel u vettura misjuqa minn raġel ta’ 63 sena residenti iż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza… iżda sfortunatament, hu tilef ħajtu iktar tard fl-Isptar wara li kien qed jissielet għal ħajtu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.