Passiġġiera qed issofri minn xi ġrieħi wara li l-vettura li kienet fiha tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla f’arblu għall-ħabta tas-2pm fi Triq tal-Balal, San Ġwann.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija fejn irriżulta li s-sewwieqa, mara ta’ 46 sena minn San Ġwann tilfet il-kontroll tal-karozza li kienet qed issuq. Fortunatament, is-sewwieqa ma sofriet l-ebda ġrieħi iżda tim mediku li mar fuq il-post sab li l-passiġġiera li kien hemm magħha sofriet xi ġrieħi. Kien għalhekk li wara li ngħatat l-ewwel għajnuna, din ittieħdet l-Isptar għal iktar kura.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
//= $special ?>