Internazzjonali Unjoni Ewropea

Ippreżentat rapport lill-UE biex jissospendu messaġġi favur Putin

Dalgħodu, il-Parlament Ewropew ġie ppreżentat b’rapport li sar mill-MEP, Sandra Kalniete biex possibilment l-Kummissjoni Ewropea tissospendi messaġġi u informazzjoni favur il-gwerra ta’ Vladimir Putin… bl-għan li jsaħħu r-reżiljenza tal-Unjoni Ewropea.

Kalniete saħqet li l-propoganda ta’ Putin ilha tinxtered f’pajjiżi Ewropew għal snin sħaħ biex jipprova jaqsam lis-soċjetajiet b’riżultat li l-pajjiżi jagħtu s-sapport tagħhom lir-Russja.

Ir-rapport se jkun diskuss it-Tlieta filgħodu biex imbagħad, l-Erbgħa f’nofsinhar jittieħed vot fil-Parlament għall-pass li jmiss.