Elezzjoni 2022 Lokali

“Irridu nħarsu lejn soċjetà li toffri ugwaljanza bejn kulħadd”

L-attività organizzata mill-Partit Nazzjonalista fl-okkażjoni ta’ Jum il-Mara kienet indirizzata wkoll minn diversi nisa minn kull qasam soċjali.

AnneMarie Grech qalet li Jum il-Mara m’għandux ikun biss illum iżda s-sena kollha, bħalma għadu jkun iċċelebrat kuljum is-sehem tar-raġel fis-soċjetà. Hija saħqet li irid ikun hawn iktar għafiern dwar is-sehem tan-nisa fis-soċjeta. AnneMarie Grech qalet li huwa importanti li tinbidel il-mentalita u n-nisa u l-irgiel ikunu trattati b’mod ugwali.

Saħqet li l-poplu jiltaqa’ ma’ diversi sfidi matul ħajtu, għalhekk għandna nkomplu naħdmu sabiex in-nisa jkollhom serħan il-moħħ.  

Anna Borg, lecturer fl-Universita ta’ Malta sostniet li llum il-ħajja saret mgħaġġla wisq u allura kulħadd qed ikun affaċjat minn sfidi hekk kif ix-xogħol qed jieħu ħafna mill-ħin tagħna. Hija qalet li l-sifidi huma ħafna iktar għall-mara, hekk kif il-mara, ħafna għadhom jippretendu li trid tmur għax-xogħol kif ukoll tlaħħaq mad-dar u mal-familja.

Qalet li l-pandemija tatna l-opportunita sabiex wieħed ikun jista’ jaħdem mid-dar u rajna li huwa possibbli li x-xogħol jista’ jsir mid-dar.

Anne Borg kellha kliem ta’ tifħir għall-proposti li qed jipproponi l-PN sabiex ikun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, fosthom il-proposti li wieħed ikun flessibbli li jaħdem mid-dar… proposti li jinkludu wkoll lill-persuni self employed.

Hija qalet li għalkemm pajjiżna mexa ‘l quddiem xorta għad baqa’ ħafna xi jsir fejn jidħlu d-drittijiet tal-mara. Anke għax hemm nuqqas ta’ ugwaljanza fid-dinja tax-xogħol, filwaqt li għandu jitnaqqas ftit mill-piż li l-omm għandha fuqha.

F’messaġġ għal dan il-jum, il-President tal-Parlament Ewropew Robert Metsola qalet li tixtieq li jasal iż=żmien fejn f’kull pajjiż ikun hemm ugwaljanza vera u sħiħa. Qalet li dak li jgħodd għall-mara għandu jgħodd għar-raġel u vice versa. Sostniet li t-trobbija hija responsabbilta ta’ kull ġenitur.. ugwljnaza li intlahqet flġ euksazjoni jehtieg li tinhlahaq ukoll f’ooqsma ohra anke fos-servizzi socjċli.   

Roberta Metsoola indirizzat ukoll il-problema ta’ vjolenza domestika hekk kif saħqet li għandu jkun hemm aġenda sabiex dawn l-abbużi jispiċċaw.

Martina Caruana, Presdent tal-PN għar-riċerka politika qalet li l-PN permezz tal-proposti tiegħu juri rispett kontinwu li għandu lejn in-nisa. Hija qalet li f’pajjiżna mhemm awarenss biżżejjed dwar dawk li qed ibatu minn mard sesswali. Il-PN kien pijunier f’dan il-qasm hekk kif kellu pożizzjoni ċara dwar il-femożidjuli jun meqjus bħala reat. Martina Caruana qalet li l-proposti tal-PN huwa mibnija madwar il-familja… f’kull forma tagħha.

Min-naħa tagħha Ruth Galea Pace tkellmet dwar l-esperjenza personali tagħha fejn matul ħajjitha affaċċjat diversi sfidi minħabba li hija tbati mill-kundizzjoni tad-dijabete. Hija qalet li huwa dmir tal-Gvern li lill-poplu jagħtiħ ħajja iktar komda u joffrilu l-appart kollu meħtieġ sabiex ħajjithom tkun iktar faċali.  

Saħqet li dak li qed jipproponi l-Partit Nazzjonalista fil-manifest elettorali tiegħu  qed joffri tama ġdid għal nisa bħala li ta’ kuljum jaffaċċjaw diversi sfidi.

Is-Segretarju Internazzjonli tal-Partit Nazzjonalista Veronica Perici Calascione tkellmet dwar is-sitwazzjoni li għaddej minnha l-poplu Ukren.. sitwazzjoni fejn sa ftit ġimgħat ilu l-poplu kien qed jgħix ħajtu normali, iżda llum dan kollu nbidel tant li qed jintilfu ħajjiet innoċenti. Bħala PN urejna solidarjetà sħiħ mal-poplu Ukren u nagħtuhom l-għajnuna kollha possibbli.

Hija qalet li l-Partit Nazzjonalsita qed jaħdem qatigħ sabiex pajjiżna jerġa’ jingħata r-reputazzjoni li tixraqlu…. fejn għandna nerġgħu nkunu pajjiż rispettat minn kulħadd u noħolqu impjiegi ġodda għall-futur ta’ uliedna.

Min-naħa tagħha Janice Busuttil tkellmet dwar il-proposti tal-PN biex jgħin lil dawk il-familji li jkollhom bżonn jagħmlu trattament tal-IVF, dan hekk kif hija għaddiet minn din l-esperjenza personalment.   

Saħqet li meta semgħet bil-proposta li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qed iħallas it-trattament kollha tal-IVF kemm f’Malta kif ukoll barra, kien mument ta’ soljev għaliha u għal ħafna familji li għaddejjin minn l-istess esperjenza.