Waqt li kien qed jindirizza l-attività politika f’Ħaż-Żebbuġ, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal li rridu nerġgħu nibdew niċċelebraw it-tradizzjonijiet Maltin hekk kif ilna sentejn ma niċċelebraw il-festi. Imma hemm min taparsi jemmen f’dan it-tradizzjonijiet hekk kif għandna Gvern li jiggverna kif jaqbillu.
Bernard Grech qal li hawn bżonn bidla għax il-Gvern m’għandux pjan… Gvern mingħajr viżjoni fejn sal-lum għad m’għandux programm elettorali. Prim Ministru li sal-lum baqa’ jevita d-dibattit politiċi.
Huwa qal li l-programm elettorali tal-PN huwa msejjes fuq konsultazzjoni wiesgħa li saret ma’ kulħadd. Waħda mill-iktar problemi li għandu pajjiżna hija l-arroganza tal-Gvern tant li lbieraħ Julia Farrugia spiċċat tattakka lil Julie Zahra sempliċiment għax hija artista. Il-Kap tal-PN qal li l-PN ħareġ diversi proposti li jagħtu appoġġ lill-artisti.
Bernard tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni li għaddej minnha l-poplu Ukren… sitwazzjoni li qed twassal biex jiżdied il-prezz tal-qamħ… iżda quddiem dan kollu l-Gvern m’għandu ebda soluzzjoni. Bħalma m’għandux soluzzjoni għall-problema tal-għoli tal-ħajja.
Gvern ġdid Nazzjonalsita se jkun qed jindirizzaw il-problema tal-għoli tal-prezz tal-ħobż fejn se jniedi sitema li tiggarantixxi prezz fiss tal-ħobż.
Huwa qal li pajjiżna għandu bżon settur agrikolu li jkun sostenibbli. Quddiem dan kollu Partit Nazzjonalista għandu proposti konkreti għas-settur agrikolu.
Fuq il-kaċċaturi qal li li jrid li ħadd ma jibqa’ jużahom għal skopijiet politiċi. Saħaq li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkompli jiddiskuti mal-Unjoni Ewropea sabiex pajjiżna jikseb lura l-kaċċa fir-Rebbiegħa.
Bernard Grech saħaq li huwa biss lkoll flimkien li nistgħu nġibu bidla f’pajjiżna u kulħadd jgħix ħajja dinjituża u jkollna futur aħjar.
//= $special ?>