Rapport: Stewart Said
BIRŻEBBUĠA FREEPORT……… 11
TA’ XBIEX AMIGOS………………. 8
(1-1), (4-1), (1-2), (5-4)
Tasal it-tieni rebħa għal Birżebbuġa Freeport. Huma għelbu lil Ta’ Xbiex Amigos f’konfront missielet iżda kien jimmeritahom it-tliet punti. Iż-żgħażagħ ta’ Ta’ Xbiex kellhom prestazzjoni sodisfaċenti iżda kellhom jiġru wara l-logħba l-ħin kollu.
Kienu Ta’ Xbiex li fetħu l-iskor permezz ta’ Jamie Pace Mizzi iżda Ben Grech ġab id-draw. Birżebbuġa kienu għoddhom ħadu l-kontroll fit-tieni sessjoni u fetħu vantaġġ ta’ 5-2, b’Giuseppe Mannino jiskorja tlieta mill-erba’ gowls ta’ Birżebbuġa.
Iżda Ta’ Xbiex permezz tal-veteran Edward Aquilina, naqqsu d-distakk fil-bidu tat-tielet sessjoni u daħlu fil-logħba. Huma rnexxielhom iħallu l-iżvantaġġ mhux iktar minn żewġ gowls biex baqgħu b’ċans li jieħdu xi ħaġa mil-logħba fl-aħħar sessjoni.
Madankollu, Birżebbuġa għarfu jikkontrollaw il-logħob hekk kif meta kienu 7-5, skorjaw darbtejn lejn nofs l-aħħar sessjoni permezz ta’ Keith Tanti. Ta’ Xbiex baqgħu jippruvaw inaqqsu d-distakk iżda ma kienx biżżejjed biex jevitaw it-telfa.
Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia (1), N. Cassar, B. Grech (1), C. Mifsud, R. Mock, G. Mannino (3), D. Cutajar (1), M. Vassallo, K. Tanti (2), R. Spiteri, M. Curmi (1), C.D. Borg, D. Incorvaja, G. Sammut (2)
Ta’ Xbiex: R. Coleiro, C.J. Saliba, E. Aquilina (2), J. Pace Mizzi (1), E. Meli, S. Engerer, Z. Cutajar Licari (1), J. Cassar, E. Schembri (4), B. Attard Littschwager, P. Tabone, J. Chircop, Z. Dzanovic, T. Fenech, D. Galea Mule
Referees: Ronnie Spiteri, Richard Magri
M’SKALA FISH AND FISH….. 21
BARRACUDAS…………………….. 4
(5-0), (3-1), (7-2), (6-1)
Marsaskala Fish and Fish kisbu l-ewwel rebħa f’din l-edizzjoni. Il-logħba kellha storja waħda, b’Marsaskala juru s-superjorità tul il-konfront. Konsolazzjoni għal Barracudas hi li rnexxielhom isibu x-xibka wara li ma kinux skorjaw fl-ewwel ħarġa tagħhom. Fatt interessanti hu li nofs il-gowls ta’ Marsaskala ġew skorjati mit-tliet veterani Paul Privitera, David Pace Lupi u Clint Mercieca.
Doppjetta ta’ Jake Ciantar, gowl ta’ Malcolm Manara u doppjetta ta’ Mark Carani taw vantaġġ komdu lil Marsaskala fl-ewwel sessjoni. Huma komplew jikkonsolidaw il-vantaġġ fit-tieni sessjoni, b’Luke Galea jnaqqas id-distakk parzjalment għal 5-1, f’dak li kien l-ewwel gowl ta’ Barracudas fil-kompetizzjoni.
B’erba’ gowls konsekuttivi fit-tielet sessjoni, Marsaskala kabbru l-vantaġġ għal 12-1 u aċċertaw definittivament mir-rebħa. Galea rnexxielu jgħaqqad tripletta personali b’żewġ gowls oħra għal Barracudas. Fl-aħħar sessjoni spikka Paul Privitera bi tripletta hekk kif it-tim ta’ Arpad Babay kompla jsaħħaħ il-vantaġġ.
Marsaskala: J. Micallef, A. Camenzuli (1), P. Privitera (3), R. Greco (1), G. Galea, K. Navarro, M. Manara (1), D. Pace Lupi (5), G. Sammut (2), J. Ciantar (3), M. Carani (3), A. Muscat, L. Falzon, C. Mercieca (2)
Barracudas: A. Piccione, A. Magri, P. Micallef, J. Bugeja, R. Sciortino, N. Camenzuli, L. Galea (3), D. Camilleri (1), D. Ciantar, A. Mifsud, T.J. Mifsud, L. Abela, V. Bartolo, A. Falzon
Referees: Massimo Angileri, Stefan Licari
Kif Jinsabu
Grupp A
L R D T F K Pti
Birżebbuġa 2 2 0 0 20 16 6
Exiles 1 1 0 0 20 2 3
Neptunes 1 1 0 0 12 3 3
Valletta 1 0 0 1 8 9 0
Ta’ Xbies 2 0 0 2 11 23 0
Otters 1 0 0 1 2 20 0
Grupp B
L R D T F K Pti
San Ġiljan 1 1 0 0 14 0 3
Sliema 1 1 0 0 14 5 3
Marsaskala 2 1 0 1 26 18 3
Sirens – – – – – – –
Barracudas 2 0 0 2 4 35 0
Logħob li jmiss
Għada
Grupp A: Otters v Neptunes 7.20pm
Grupp B: Sirens v Sliema 6.15pm, Exiles v Valletta 8.25pm
//= $special ?>