L-Għaqda Repubblika qed tappella lill-awtoritajiet u l-militar Russi biex iwaqqfu l-aggressjoni brutali fuq l-Ukrajn li qed tħalli għexieren ta’ innoċenti mejta ta’ kuljum. Dan l-appella sar fi t-Tlieta filgħaxija matul protesta quddiem l-ambaxxata Russa, fil-Kappara.
Huma saħqu li l-azzjonijiet ta’ Vladimir Putin jirriflettu t-theddida tad-demokrazija li tinstab f’diversi pajjiżi madwar id-dinja, b’mod speċjali dawk il-pajjiżi viċin ir-Russja.
L-Għaqda saħqet li Putin kontinwament qed ixerred il-gideb kontra l-vittmi fl-Ukrajna.
Qalu li Putin għandu minnufih iwaqqaf l-invażjoni, u jeħles lill-priġunieri biex tirrenja l-paċi bejn il-pajjiżi.
//= $special ?>