‘Kriżi kbira’.
Hekk qed tiġi deskritta s-sitwazzjoni fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, waqqaf negozjati li ilhom għaddejjin sena u nofs.
Cutajar waqqaf in-negozjati wara li Robert Abela sejjaħ elezzjoni, biex l-avukati issa qed isegwu direttivi mgħotija lilhom mill-Union Ħaddiema Magħqudin li qed tinsisti li l-ħaddiema ta’ dan l-uffiċju għandhom jingħataw il-kundizzjonijiet tax-xogħo li jixirqulhom.
It-tkaxkir tas-saqajr tal-Gvern qed iwassal biex professjonisti li jaħdmu fil-qasam qed jiddeskrivu s-sitwazzjoni bhala gravi ħafna u kriżi fonda li se teffettwa ħafna l-andament fil-Qrati tal-Ġustizzja.
//= $special ?>