Ix-xahar li għadda, Net News għamel talba uffiċjali lill-Awtorità tal-Ippjanar biex turina l-kuntratti li Robert Abela kellu mal-istess awtorità bħala konsulent legali, qabel sar Prim Ministru.
It-talba tagħna saret wara li kien Robert Abela stess li qalilna li l-kuntratti għax-xogħol li wettaq jinsabu fid-dominju pubbliku.
Il-Prim Ministru affaċċja ħafna kritika meta l-ewwel ħarġet l-aħbar li hu ħa żieda ta’ €10,000 li spiċċa biex ammonta għal paga ta’ aktar minn €17,000 fix-xahar. Mistoqsi dwar din iż-żieda bombastika, Robert Abela kien iġġustifika l-paga billi saħaq li kien jaħdem anke fil-weekend.
It-talba uffiċjali ta’ Net News ġiet miċħuda għax “il-kuntratti diġa huma pubbliċi”, iżda dan mhux il-każ għaliex il-kuntratti ta’ Robert Abela, ix-xogħol li għamel u l-paga li daħħal mill-Awtorità tal-Ippjanar ma jinstabu imkien.
Wieħed ma jistax ma jistaqsix, jekk it-talba tagħna kienet irrifjutata għaliex id-dokumenti diġa pubbliċi, għalfejn ma ingħatajniex dawn id-dokumenti, minflokk risposta xotta li tibqa’ taħbi għalfejn Abela daħħal €17,000 fix-xahar?
//= $special ?>