Ir-raġuni li spot tal-Partit Nazzjonalista spiċċa bejn żewġ spots tal-Gvern hija li naqsu r-reklami tal-ħin tal-aħbarijiet u bħala filler wara l-ispot tal-PN daħal spot ieħor mal-Gvern. Sadanittant multa li kienet imposta mill-Awtorita tax-Xandir fuq il-PBS ġiet sospiża u tidħol biss fis-seħħ jekk l-PBS jerġa’ jiġi jaqa’ u jqum minn ordni tal-istess Awtorità.
Dan ħareġ meta quddiem l-Imħallef Grazio Merceica kompliet tinstema’ l-kawża kostituzzjonali b’urġenza li qed jagħmel il-Partit Nazzjonalista kontra l-Ministru Carmelo Abela, responsabbli mix-xandir nazzjonali, l-Awtorità tax-Xandir, l-PBS u l-Avukat tal-Istat.
Ix-xhieda li taw id-dispożizzjoni tagħhom mressqa mill-PN kienu Dr. Joanna Spiteri għall-Awtorità tax-Xandir, Frans Lia, Chief Officer Transmission and Programmes u Dr. Mark Sammut Chairman Eżekuttiv tal-PBS. Dr. Spiteri ikkonfermat li l-multa kienet ġiet sospiżi anke jekk id-deċiżjoni tal-PBS biex timxi mal-ordni ħadet aktar minn xahrejn. Hija qalet ukoll li l-Awtorita tax-Xandir lanqas għadha tippubblika rapport annwali dwar rappurtaġġ minn naħa tal-PBS, u tenniet li din id-data ilha ħafna ma tinġabar.
Spiteri qalet li d-deżiżjoni ttieħdet ferm qabel ma hija kienet responsabbli. Qalet li taf li fil-passt kienet tiġi pubblikata data mhux biss fuq il-partiti imma wkoll fuq il-unions. Wara xehed Frans Lia, li ilu jaħdem il-PBS 45 sena fejn kien mistoqsi diversi domadi mill-Avukat tal-PN Paul Borg Olivier dwar għaliex l-ispot tal-PN ġie sandwiched bejn żewġ sport tal-Gvern.
Lia qal li hekk hija l-prassi u li din il-prassi kienet minn dejjem. Mistoqsi għaliex ma sarx spot differenti bħal wieġed fuq l-għoti tad-demm jew xi spot informattiv ieħor. Ix-xhud, li qal li mhux hu jiddeċiedi liema spots joħorġu, iżda dan ikun f’idejn tat-transmission, qal li l-prassi hija li dawn ikunu tal-istess ġeneru. Mistoqsi min jiddeċiedi fuq il-fillers, u jekk hux hu, qal li ma hemm l-ebda diskrezzjoni.
Tenna li f’dan il-każ u l-filler kienu fuq il-miżuri tal-Budget u li dawn jiġu nseriti fl-inews breaks. Tenna li l-budget kien moqri fil-11 ta’ Ottubru tal-2011 u li minn naħa tal-OPM dan jagħti direzzjoni għal meta għandhomn isiru, u li jsiru bi ħlas. Tenna li l-inklużjoni għal dawn l-ispots mill-Gvern isiru bill-fomm minn naħa tal-OPM.
Mistoqsi għaliex ma ħarġux tnejn tal-Gvern u wara l-ispot tal-PN, ix-xhud qal li għax bħal reklami kummerċjali l-prassi hija li ma jinħarġux ‘żewġ reklami wara xuxlin tal-istess sors. Fuq aktar mistoqsijiet Lia qal li ħafna mill-ispots isiru biex jimlew il-ħin.
Iċ-Chairman tal-PBS baqa’ jinsisti ma messux kien hemm ‘right of reply’ fuq l-ispots tal-Marsa flyover
Dr. Mark Sammut, Chairman Eżeukuttiv tal-PBS li fis-seduta preċedenti qal li hu ma jindaħalx fil-kontenut ta’ spots li jixxandru, xi ħaġa li dak inhar kienet ikkontestata mill-Head of News Norma Saliba, li qalet li deċiżjonijiet bħal dawn jittieħdu mill-Management, ikkonferma li hu dejjem irribatta lill-Awtorita tax-Xandir fuq il-messaġġi dwar il-flyover tal-Marsa, għax din kien proġett utli.
Meta reġa’ xehed it-Tlieta wara nofs inhar Sammut qal li l-Management jiltaqa’ prattikament darba fil-ġimgħa u li hu kien jagħti l-veduti tiegħu dwar dan, anke jekk qal li ma jidħolx f’issues dwar l-aħbarijiet.
Sammut ikkonferma wkoll li wara li l-PBS dam ħafna biex ixandar ir-risposti tal-PN, il-multa li l-istazzjon nazzjonali ngħata, ġiet maħfura, Huwa qal ukoll li l-korrispondenza mill-Awtorità tax-Xandir kienet tasal għandu. Il-kawża tkompli nhar it-Tlieta, 5 ta’ April 2022.