Lokali

L-MEIA tikkundanna l-kummenti dispreġjattivi ta’ Julia Farrugia

Wara dak li seħħ ilbieraħ fuq ix-Xandir Nazzjonali fejn il-Ministru Julia Farrugia għażlet li tuża lill-artisti u l-kantanti biex tiftaħ attakk partiġġjan, l-MEIA esprimiet is-solidarjetà sħiħa tagħha mal-artisti kollha u kkundannat dawn il-kummenti dispreġjattivi li jipprovaw iżebilħu l-professjoni jew il-vuċi tal-artist lil hinn mill-arti tiegħu jew tagħha.

L-MEIA qalet li, li tkun mara, kantanta u attiva fil-politika mhux xi diżunur. Saħqet li għandna bżonn ħafna iktar artisti li jwasslu leħinhom f’dak li jemmnu u inqas politiċi li jitkellmu dwar il-professjoni fl-arti b’diżrispett. Ironikament, fi żminijiet tal-pandemija, aktar faċli tkun politku fuq palk milli tkun artist tagħmel xogħolok fuq palk. L-MEIA qalet li jidher ċar li għad fadal ħafna xogħol xi jsir biex l-arti titqies bħala xogħol professjonali u inklużiva fis-soċjetà tagħna.