Elezzjoni 2022 Lokali

Owen Bonnici jgħid…”in-nies daquna”

“Ħafna nies jixtiequ jaraw titjib fil-qasam ambjentali” – ammissjoni ċara daqs il-kristall, illi l-Gvern f’dan is-settur falla kompletament.

Dan il-kliem dwar “titjib fl-ambjent” intqal minn Owen Bonnici waqt diskussjoni fuq ix-Xandir Pubbliku, fejn il-Ministru ta’ Robert Abela implika b’mod ċar li l-Labour ma ġab ebda riżultat fejn jidħol l-ambjent. Tant li huwa biss issa li se jibda – dejjem skont il-wegħdi tal-Labour – jipprova jagħmel xi ħaġa.

Fid-dibattitu mal-kandidat Nazzjonalista Errol Cutajar, Owen Bonnici qal li l-poplu warajh għaliex “in-nies daquna”.