Lokali

Visa tħabbar li qed tissospendi l-operazzjonijiet kollha fir-Russja

Fir-rigward ta’ dak li qed iseħħ bejn ir-Russja u l-Ukrajna, Visa ħabbret li qed tissospendi l-operazzjonijiet kollha fir-Russja b’effett mill-Ħamis 10 ta’ Marzu 2022 f’12:01am, ħin ta’ Moska. Dan qed iseħħ f’azzjoni kontra l-attakki li qed isiru minn Vladimir Putin.

F’dan ir-rigward, il-Visa cards maħruġa fir-Russja mhux se jibqgħu jaħdmu barra mir-Russja filwaqt li kwalunkwe Visa card maħruġa minn istituzzjonijiet finanzjarji barra mir-Russja ma tibqax taħdem fir-Russja. Visa tirriserva wkoll id-dritt li timblokka l-ħruġ u l-akkwist kollu assoċjat mal-membri Russi kollha qabel id-data indikata hawn fuq fid-diskrezzjoni unika ta’ Visa fil-każ ta’ riskju għas-sistema ta’ ħlas Visa.

Wara t-tħabbira tal-Visa, il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu, li mhux se jkunu jistgħu jagħmlu l-ebda tranżazzjoni fuq id-Debit jew Credit Cards tal-BOV Visa tagħhom fir-Russja b’effett mill-istess data. Dan japplika wkoll għal tranżazzjonijiet online ma’ negozjanti li huma rreġistrati fir-Russja.

Fl-istess ħin, Visa cards li jinħarġu fir-Russja mhux se jiġu aċċettati fuq BOV Epos Machines, BOV ATMs jew minn negozjanti online li huma reġistrati mal-BOV mill-istess data.