Janice Busuttil li ftit tax-xhur ilu tkellmet f’waħda mill-attivitajiet politiċi tal-Partit Nazzjonalista, qasmet l-esperjenza personali tagħha bl-IVF. Minkejja numru ta’ tentattivi tat-trattament, hi ma jistax ikollha tfal. Busuttil qalet kif ilha titkellem numru ta’ xhur dwar din it-tema. Hi tkellmet kemm dwar il-problema tagħha personali, kif ukoll f’isem persuni oħra li għaddejin minn esperjenzi simili.
Busuttil qalet li f’Diċembru li għadda rċeviet aħbar pożittiva minn Ċipru, li kienet ser tkun tista’ ġġib embrijuni f’pajjiżna. Madankollu, llum stess irċeviet email fejn ġiet infurmata li fl-2018 il-liġi kienet inbidlet u li dawk l-embrijuni li kienu kreati mill-1 t’ Ottubru 2018 l’quddiem ma kienux se jkunu jistgħu jiddaħħlu f’pajjiżna.
Janice Busuttil kif Bernard Grech dejjem taha widen, u għamel pressjoni biex il-mediċina tal-IVF tibda tingħata b’xejn. Iżda dan għadu ma bediex isir minkejja l-wegħda li kellu jibda jsir minn Jannar.
Busuttil temmet tgħid li hi lesta tkompli titkellem kemm għaliha personali kif ukoll għall-persuni li għandhom l-istess diffikultà u se tkun qed tara li din is-sitwazzjoni tinbidel.
//= $special ?>