Il-First Lady tal-Ukrajna, Olena Zelenska, ħarġet stqarrija mqanqla dwar l-invażjoni ta’ pajjiżha mill-qawwiet Russi u fejn ikkundannat bla riservi ‘il-qtil tal-massa taċ-ċivili’ f’pajjiżha.
Hi tkellmet b’mod partikulari dwar it-tfal li sfaw vittmi tal-gwerra u, waqt id-diskors, anki semmiet uħud minnhom b’isimhom. Sadanittant, Zelenska — li tinsab f’lokalità sigrieta — insistiet li għalkemm l-Ukrajna trid il-paċi, ħadd ma għandu jiddubita li żewġha, il-President Volodymyr Zelensky u l-poplu Ukren se jiddefendu sal-aħħar nifs l-identità tagħhom bħala nazzjon flimkien mal-fruntieri tal-pajjiż,
Zelenska, li għandha, 44 sena, u żewġha t-tnejn huma mira għall-gruppi tal-paramilitari — fosthom ġellieda Ċeċeni alleati ta’ Vladimir Putin — li ngħataw direttiva speċifika minn Moska biex ‘jeliminaw lill-President u l-First Lady tal-Ukrajna’.
Intant,Olena Zelenska enfasizzat ‘ir-riżultat terribbli tal-gwerra karatterizzat mit-tfal mitlufa’ filwaqt li ċaħdet b’mod kategoriku li r-Russja qed tikkonċentra biss fuq il-miri militari bħala parti minn ‘kampanja speċjali’.
//= $special ?>