Id-diskussjonijiet lejn konferma ta’ paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna jinsabu f’punt kritiku. Dan meta l-uffiċjali ta’ Iżrael, issa, qed jikkwotaw lir-Russi fis-sens li huma ‘iridu biss jiddemilitarizzaw lid-Donbas’ – ir-reġjun tal-Ukrajna li jinkludi Luhansk u Donetsk u li ilu mill-2014 taħt il-kontroll tal-milizzji separatisti li jappoġġjaw lil Moska.
Dan wara li l-President Russu Vladimir Putin, fil-bidu tal-invażjoni, tenna li kellu l-ħsieb li jiddefendi lill-komunitajiet tal-Ukreni li jitkellmu bir-Russu, minbarra li jwettaq id-demilitarizzazzjoni u ‘de-Nażifikazzjoni’ tal-Ukrajna. Putin irid ukoll li l-Ukrajna tirrikonoxxi lill-Krimea bħala parti mir-Russja, flimkien mal-‘indipendenza’ ta’ Luhansk u Donetsk bħala repubbliki rispettivi.
L-uffiċjali Iżraeljani qalu li l-proposta hi waħda diffiċli għall-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky – anki jekk din ma tirreferix għal ‘bidla tal-Gvern fi Kiev’ u fost sinjali li ‘Moska tinsab lesta biex l-Ukrajna żżomm is-sovranità tagħha.’ Madankollu, l-offerta tar-Russja hi ‘finali’ u Putin kapaċi jżid l-offensiva fuq l-Ukrajna f’każ li Zelensky ma jaċċettax il-kundizzjonijiet.
Sadanittant, il-Prim Ministru Iżraeljan, Naftali Bennett, bħalissa, qed iservi bħala medjatur ‘prominenti’ bejn l-Ukrajna u r-Russja, Dan fost l-istennija għal taħditiet sinifikanti li se jsiru dalwaqt, fit-Turkija, bejn il-Ministru Ukren għall-Affarijiet Barranin, Dmytro Kuleba u l-Ministru Russu bl-istess dekasteru, Sergei Lavrov.
//= $special ?>