L-ajruplani tal-gwerra Russi, issa, qed jidhru li qerdu sptar tat-tfal fil-belt tal-port Ukren ta’ Mariupol — bil-kalvarju għar-residenti qed ikompli.
L-aħbar ingħatat mill-kunsill tal-belt li bagħat messaġġ speċifiku fuq Facebook — bir-rapport qed jistenna l-konferma mingħand is-sorsi indipendenti.
Filwaqt li l-Ukreni qed jikkalkulaw l-istraġi tal-gwerra u t-telf ta’ ħajja umana wara l-invażjoni ta’ pajjiżhom mill-qawwiet ta’ Vladimir Putin, kollox jindika li l-Kremlin ta’ Moska qiegħed jippersisti xorta bil-gwerra ‘kontra n-nisa u t-tfal’. Dan minkejja li l-qawwiet Russi, issa, qed iħallu liċ-ċivili joħorġu mill-bliet Ukreni taħt assedju.
Intant, l-uffiċjali Ukreni qed jgħidu li ‘il-qerda fl-isptar tat-tfal hi kolossali wara li l-qawwiet Russi waddbu diversi bombi ( mill-ajru) fuq il-bini.’
lċ-ċifri tal-maqtula kapaċi jkunu sinifikanti, bl-amministrazzjoni tar-reġjun Ukren qed tgħid biss ‘li l-midruba (fl-attakk) qed jittieħdu b’urġenza lejn l-eqreb sptar’
//= $special ?>