Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Moska tammetti dwar l-użu tas-suldati bil-lieva

Il-Ministeru tad-Difiża tar-Russja ammetta li numru sinifikanti ta’ suldati żgħażagħ li nqabdu bil-lieva jinsabu fl-agħar zoni tal-gwerra fost l-invażjoni tal-Ukrajna. Dawn is-suldati — li ħafna minnhom bilkemm għalqu l-20 sena — mgħandhomx esperjenza tal-gwerra u meta huma bil-fors iridu jagħmlu sena ta’ servizz militari skont il-liġijiet tar-Russja ( u bi ftit tal-eċċezzjonijiet).

Ċittadin Russu jibqa’ validu għal servizz militari bħala ‘riservista’ ( suldat bil-lieva) bejn it-18 u s-27 sena. Intant, il-konferma li dawn iż-żgħażagħ spiċċaw mal-ewwel mewġa ta’ truppi Russi fl-Ukrajna ngħatat ftit jiem biss wara li l-President Russu, Vladimir Putin. ċaħad li kien qed juża ż-żgħażagħ bil-lieva għall-invażjoni u fejn insista li l-‘invażjoni qed titmexxa biss mis-suldati professjonali’.

Intant,, il-Ministeru tad-Difiża Russu, issa, ammetta li numru ta’ suldati Russi li qegħdin jagħtu servizz militari skont il-kundizzjonijiet tal-lieva, inqabdu priġuniera mill-qawwiet tal-Ukrajna.