Elezzjoni 2022 Lokali Proposti 2022

“Il-proposta tal-PN dwar l-IVF hi l-aktar waħda li tagħmel sens miż-żewġ partiti” – Janice Busuttil

Janice Busuttil hija fost l-aktar persuni voċiferi f’pajjiżna fejn jidħol is-suġġett tal-IVF, u titkellem mill-esperjenza personali tagħha. Illum Janice qed tinsisti li l-proposta tal-PN dwar dan it-trattament tal-IVF hija l-aqwa waħda li saret

Hi qalet li l-proposta tal-PN hi l-aktar waħda sempliċi u tara li kulħadd ikun ugwali, mingħajr diskriminazzjoni għax tagħti l-mediċina u t-trattament b’xejn lil kulħadd.

Janice spjegat kif ħafna mill-ilment tagħha mal-Gvern.. waqgħu fuq widnejn torox. B’kuntrast, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista semagħha kull darba li kellmitu u wara li taha widen ħadem fuq proposta li verament tista’ tgħin lil bosta.

Hi rrakkuntat kif ikellmuha ħafna nies fuq it-tbatijiet tagħhom minħabba li jkollhom jirrikorru għal dan is-servizz. Fosthom mara li kellha lil bintha li għandha bżonn tagħmel it-trattament tal-IVF. Hi spjegatilha kif il-proposta tal-PN tagħmel ħafna sens għax hija sempliċi u tiffaċilita l-proċess għal kull min għandu bżonnu.

Hi tinsisti illi huwa importanti mhux biss li t-trattament ikun b’xejn imma anke l-mediċina trid tkun b’xejn.

Janice Busuttil spjegat dwar dik li hi r-rata ta’ suċċess tat-trattament f’pajjiżna. Qalet li f’Malta r-rata ta’ suċċess tal-IVF hija ta’ 14%. Dan ifisser li mhux kif qed jipprovaw jagħt x’tifhem il-Gvern u l-istazzjon tal-Partit Laburista li kkwotaw rata ta 71%.

U huwa għalhekk li l-proposta tal-Partit Nazzjonalista tagħmel ħafna aktar sens minn dik tal-Partit Laburista.