Fl-attivitá politika tal-lejla, Tim Agius lii fl-imgħddi kien jilgħab il-waterpolo fl-ogħla livell. Agius qal kif l-isports għenu biex jikseb il-kunfidenza kif ukoll biex iżomm ‘il bogħod mill-vizzji.
Tim Agius qal li f’pajjiżna sfortunatament m’għandniex kultura sportiva u fl-aħħar snin, il-Gvern naqas milli jinvesti f’dan is-settur. Hu faħħar il-proposti tal-Partit Nazzjonalista f’dan is-settur, u b’mod speċjali faħħar dik li jinbena sports science centre fejn minbarra li se jkun qed jgħin lill-atleti, dan se joffri wkoll numru ta’ impjiegi ġodda u innovattivi. Agius semma wkoll kif il-PN se jkun qed iraħħas it-taxxa għall-atleti, coaches u amminstraturi minn 7.5% għal 5%.
Hu temm id-diskors tiegħu billi ħeġġeġ lill-atleti kollha biex kif il-Partit Nazzjonalista qed juri l-fiduċja tiegħu u se jkun qed jinvesti fl-atleti, hekk ukoll għandhom jagħmlu huma u fis-26 ta’ Marzu jivvutaw għall-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>