L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin esprima t-tħassib tiegħu għall-ostilità fil-konfront ta’ ġurnalist tat-Times of Malta waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Il-ġurnalist kien qed jagħmel vox pop f’rally tal-Partit Laburista l-Ħadd waranofsinhar.
F’filmat imtella’ fuq il-portal tal-istess ġurnal, raġel jidher itajjar il-mikrofonu minn idejn il-ġurnalist.
L-IĠM jinsisti li ħadd m’għandu jixxekkel milli jagħmel xogħolu, filwaqt li jgħid li l-pubbliku għandu jittratta lill-ġurnalisti u camerapersons b’rispett.
Fakkar ukoll lill-partiti politiċi li għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm ostilità lejn il-ġurnalisti waqt l-attivitajiet tagħhom, u m’għandhomx jużaw lill-ġurnalisti, fotografi jew camerapersons bħala pedini f’din il-kampanja.
//= $special ?>