Miet ir-raġel li kien sarlu trapjant tal-qalb ta’ ħanżir.
Xahrejn wara li David Bennett, ta’ 57 sena, kien l-ewwel bniedem li ingħata qalb ta’ ħanżir, hu miet fl-isptar tal-Università ta’ Marland.
Stqarrija maħruġa mill-istess sptar ma tatx kaġun tal-mewt tar-raġel. Kull ma qalu kien li l-kundizzjoni ta’ Bennett kienet iddeterjorat fl-aħħar ġranet.
It-tobba kienu għamluha ċara lil Bennett li ma kienx fadal tama għal ħajja, u dan it-trapjant kien l-uniku ċans li jgħix ftit ieħor.
L-esperiment tawwal il-ħajja tar-raġel b’61 jum.
//= $special ?>