L-għoli tal-ħajja se jkompli jkun fenomenu li biex nikkumbattuh, pajjiżna jrid viżjoni ċara għaliex jidher ċar li din il-pjaga se tkompli tkun ta’ piż fuq il-familji Maltin u Għawdxin.
Esperti dwar l-ekonomija u l-prezzijiet qed jisħqu b’mod ċar li qabel il-pandemija, kollox kien diġa beda jiżdied. Il-COVID-19 ma għenx u l-gwerra fl-Ewropa qed tkompli tagħmel is-sitwazzjoni għar milli diġa hi.
Filfatt, esperti li tkellmu mat-Times of Malta spjegaw li apparti żieda fil-prezzijiet ta’ prodotti bażiċi li diġa rajna żieda fihom, issa jidher li se jkun hemm żieda wkoll fil-prodotti tal-ħalib, u fil-prodotti magħmula mill-qamħ fosthom il-birra u l-ħobż.
Il-gwerra fuq l-Ukranja qed turi li b’mod aktar urgenti kemm hemm bzonn ta’ gvern li jkun organizzat biex jintervjeni u jghin f’cirkostanzi bhal dawn.
Dwar dan, tkellem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’attività taħt it-tinda f’Ħaż Żebbuġ fejn saħaq li l-PN mhux ser joqghod ċass bhal Gvern Laburista. Filfatt, il-PN kiteb lill-Kummissjoni Ewropea fejn talaba tinvestiga u tiehu azzjoni fuq pajjizi ohrajn jekk dawn jillimitaw l-esportazzjoni ta qamh lejn Malta.
“Ahna disposti wkoll nagħmlu aktar minn hekk. Jekk is-sitwazzjoni tiggrava u jkun hemm għoli tal-prezz tal-qamh lejn Malta, ser nikkunsidraw mekkaniżmu fejn Gvern ġdid Nazzjonalista iniedi sistema li tiggarantixxi prezz fiss tal-ħobż għal perjodu temporanju sakemm inkunu taħt din l-emerġenza sabiex nassiguraw li l-familji tagħna jkunu protetti minn għoli tal-ħajja fuq il-ħobż”, qal il-Kap tal-PN.
Bernard Grech saħaq li dawn ic-cirkostanzi juru kemm mhuwiex ghaqli li niddependu interament mill-importazzjoni ghall-prodotti tal-ikel u juru wkoll kemm huwa importanti li f’pajjizna nassiguraw gejjieni sostenibbli lill-qasam agrikolu.
//= $special ?>