“Mara ta’ qalb kbira, li kienet taf xi tfisser il-perseveranza, li tibqa’ għaddejja, li tissielet, mara li kienet taf tħobb anki fl-aktar mumenti iebsa ta’ ħajjitha”.
Hekk kienet deskritta Sandra Shields, meta l-Erbgħa filgħodu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard hija ngħatat l-aħħar tislima wara li iktar kmieni din il-ġimgħa Sandra tilfet il-battalja tagħha mal-kanċer.

Sandra kienet impjegata ta’ Net Television fid-Dipartment tar-Reklamar għal dawn l-aħħar sitt snin. Hija tibqa’ mfakkra għall-karattur ferrieħi li kellha u għal kemm kienet dedikata f’xgħolha. Tibqa’ magħrufa għall-imħabba kbira li kellha lejn il-Partit Nazzjonalista u għall-ħidma bla waqfien li kienet tagħmel f’Net Television.
Fil-preżenza tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u martu AnneMarie, il-qassis irringrazzja lill- Mulej tas-sabiħ kollu li kellha Sandra… għal dak li kienet għall-familja taghħa, għall-ħbieb u l-kollegi tagħha.

Preżenti sabiex jagħtu l-aħħar tislima lil Sandra Shields kien hemm is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino, il-Viċi Kapijiet David Agius u Robet Arrigo, diversi Deputati u Kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista kif ukoll kollegi u ħbieb ta’ Net Television.
