Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra bil-Coronavirus; raġel ta’ 80 sena u ieħor ta’ 90 sena. Dawn l-imwiet itellgħu l-ammont ta’ mwiet għal 612.
Fl-istess perjodu, il-Ministeru tas-saħħa ħabbar ukoll li kien hemm 138 każ ġdid tal-Covid-19, filwaqt li fiequ 84 persuna oħra, sabiex b’hekk l-ammont tal-każi attivi issa qabeż l-elf u qed jammonta għal 1,002.
Bħalissa, fl-Isptar Mater Dei hemm 35 pazjent, filwaqt li 4 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>