Fil-UEFA Europa League Atalanta kisbu rebħa ta’ 3-2 fuq Bayer Leverkusen. Kienu Leverkusen li marru fil-vantaġġ fi-11-il mintua meta minn pass ta’ Florian Wirtz kien Charles Aranguitz li xeħet ġewwa. Atalanta kisbu d-draw fit-23 minuta permezz ta’ Ruslan Malinovsky, qabel żewġ minuti wara kien Luis Muriel li poġġa lil Atalanta fil-vantaġġ. Fid-49 minuta Atalanta għamluhom tlieta meta għal darb’oħra kien Rulsan Malinovsky li għadda lejn Muriel li kkonkluda fix-xibka għal 3-1. Leverkusen skorjaw it-tieni gowl tagħhom fit-63 minuta minn Moussa Diaby, bir-riżultat finali jkun dak ta’ 3-2.
Fil-Camp Nou Barcelona temmew fi draw ta’ 0- kontra Galatasaray. Minkejja id-dominanza tal-Ispanjoli fil-pusses tal-ballun, Galatasaray iddefendew tajjeb r-riżultat, fejn fit-tieni taqsima (74) kellhom gowl ta’ Batefami Gomis mħassar għal offside.
Sevilla kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq West Ham. Il-gowl deċiżiv wasal fis-60 minuta meta minn cross ta’ Marcos Acuna kien Munir El Haddadi li xeħet fix-xibka għal 1-0.
UEFA EUROPA LEAGUE
Ilbieraħ: Porto v Lyon 0-1, R.Betis v E.Frankfurt 1-2 Illum: Sevilla v West Ham 1-0, Atalanta v B. Leverkusen 3-2, Barcelona v Galatasaray 0-0, Rangers v C.Zvezda 3-0, Braga v Monaco 2-0
UEFA CONFERENCE LEAGUE
Illum: PAOK v Gent 1-0, P.Belgrade v Feyenoord 2-5, S.Prague v LASK 4-1, Vitesse v Roma 0-1, Bodoe v AZ Alkmaar 2-1, Leicester v Rennes 2-0, Marseille v Basel 2-1, PSV v Copenhagen 4-4
//= $special ?>