Basketball Sport

Caffè Moak Luxol fit-tielet post

Colin Schembri

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

Caffè Moak Luxol 76

ARMS Depiro 50

(16-16)(14-13)(27-9)(19-12)

Caffè Moak Luxol: V. Selvaggi, S. Pace 16, F. Camilleri, H. Galea, P. Marcal 17, A. Borg 12, P. Ellul 10, M. Camilleri, J. Diaby 21.

ARMS Depiro: M. Caruana 3, Ni. Agius 10, J. Xerri 7, A. Mallia, J. Mallia, L. Duncan, C. Ciantar 4, N. Hili, N. Borg 6, D. Galea 5, C. Fenech, K. Koshuta 21

Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic, Matthew Scerri

Caffè Moak Luxol kisbu rebħa mportanti biex issa qiegħdin jokkupaw it-tielet post tal-klassifika hekk kif issa qiegħed joqrob it-tmiem tal-ewwel fażi. Luxol kienu mingħajr Mandi Mercieca fil-waqt li għal Depiro kien hemm id-debutt tal-Amerikana Kelly Koshuta li bdiet tajjeb fl-ewwel sessjoni però mal-ħin kienet kontrollata mid-difiża ta’ Luxol. Kienu Luxol li fetħu l-aħjar u marru 9-2 minn fuq bi trippla ta’ Antoinette Borg. Depiro rkupraw u baskets ta’ Koshuta poġġewhom minn fuq bil-vantaġġ jinbidel għal tlett darbiet oħra sa’ tmiem is-sessjoni qabel ma Luxol kellhom trippla ta’ Palmira Marcal għal skor ta’ 16-16. Depiro kellhom bidu tajjeb fit-tieni sessjoni fosthom bi trippla ta’ Nicole Agius u fetħu vantaġġ ta’ 4 punti 23-19. Ir-reazzjoni ta’ Luxol ġiet minn Marcal u Josephine Diaby u Sarah Pace f’run ta’ 11-4 li rathom jieħdu vantaġġ sal-intervall 30-29.

It-tielet taqsima fetħet bil-punti tal-vjola li bil-mod bdew jieħdu vantaġġ stabbli bil-coach ta’ Depiro Ruben Baldacchino juża time-out biex iwaqqfilhom ir-run. Għal xi ħin, Depiro baqgħu viċin tal-avversarji però Luxol għalqu s-sessjoni b’run ta’ 13-0 fosthom bi trippli ta’ Borg u Marcal biex fetħu distakk ta’ 19 –il punt 57-38. Fl-aħħar taqsima, Depiro ppruvaw jerġgħu jirkupraw u bdew bit-three pointers minn Monique Caruana u Nicole Agius. Luxol però aċċertaw ruħhom mir-rebħa meta għamlu break ieħor ta’ 15-1 b’Borg tagħmel żewġ trippli oħra u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 76-50.

Hibernians 47

Starlites Naxxar 77

(14-15)(8-23)(10-17)(15-22)

Hibernians: E, Farugia, I. Agius, Y. Bonett 10, A. Van Vliet 11, J,Abela 3, C. Camilleri, K. Jenkins 20, N. Farrugia, K. Caruana 3, K. Fenech, K. Conti, J, Dabic.

Starlites: M. Zammit Cordina 12, M. Riolo 4, A. Saliba 2, S. Farrugia, S. De Martino 16, K. Portelli, A. Simmons 24, M. Fenech, M. Bonett 11, S. Davies, C. Curmi 8.

Referees: Daniela Torok, Zvezdan Dobrosaviljevic, Ionut Ciurariu

Starlites għelbu lil Hibernians u komplew isaħħu posthom fit-tieni post tal-klassifika fejn issa jinsabu biss rebħa ‘l bogħod mill-istess Hibs u vantaġġ ta’ rebħa fuq Luxol u żewġ rebħiet fuq Depiro. Hibs minkejja bidu tajjeb sofrew l-insistenza ta’ Starlites speċjalment fit-tieni sessjoni. Hibs marru 9-4 minn fuq fil-ftuħ tal-partita fejn fost l-oħrajn kellhom trippla ta’ Ashleigh Van Vliet flimkien ma’ Kenyotta Jenkins u Kirsty Caruana. Starlites wieġbu bil-punti ta’ Maria Bonett u trippla ta’ Mikela Riolo qabel ma Jasmine Abela kisbet trippla għal Hibs. Starlites dawwru r-riżultat bil-punti ta’ Steffi De Martino u Amelia Simmons għal skor ta’ 15-14. It-tieni taqsima kienet f’idejn il-players ta’ Sandro Farrugia speċjalment b’run ta’ 16-1 fejn minbarra l-punti ta’ De Martino u Simmons, kellhom fost l-oħrajn trippla minn Michela Zammit Cordina u punti minn Riolo u Bonett. Wara risposta minn Jenkins għal Hibs, Starlites għalqu s-sessjoni bi trippla minn Bonett biex daħlu jistrieħu 38-22 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Hibs ppruvaw jirkupraw u naqqsu d-distakk għal 10 punti 30-40 bill-punti ta’ Jenkins u Ylenia Bonett. Dan però kien mument temporanju għaliex Starlites malajr għaqqdu run oħra ta’ 13-1 bi trippla ta’ De Martino u punti minn Simmons u Andie Saliba biex sa’ tmiem it-taqsima kienu 23 punt minn fuq 55-32. Fil-ftuħ tal-aħħar taqsima kien hemm punti fuq kull naħa qabel ma Starlites kabbru l-vantaġġ permezz ta’ Zammit Cordina u Christina Curmi. L-istess żewġ players komplew bi trippla kull waħda f’run oħra ta’ 10-2 li għalqet il-partita fuq skor finali ta’ 77-47.